Ronald Pavia. anzjan ta’ 60 sena residenti Pembroke tqiegħed taħt ordni probation għal 3 snin wara li ammetta li kkaġuna ħsara f’karozza ħdejn ir-Residenza San Vinċenz de Paule f’Ħal Luqa.
Il-każ kien seħħ fit-18 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet.
Pavia ammetta l-akkużi kontrih quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia.
Il-Maġistrat Farrugia kkonsidrat li l-imputat kien ħallas il-ħsara li kkaġuna lill-vittma, kif ukoll li għandu bżonn għajnuna professjonali minħabba problemi l igħandu.
Minbarra t-3 snin probation il-Maġistrat Farrugia ħarġet ukoll ordni ta’ trażżin għal 3 snin biex tipproteġi lill-vittma ta’ dan i-każ li kien investigat mill-Ispettur Gabriel Kitcher.


