Friday, June 14, 2024

Tliet snin u xahrejn ħabs għal Somalu li mess sider ta’ tfajla waqt vjaġġ b’tal-linja

Aqra wkoll

Raġel mis-Somalja li għandu 20 sena ġie kkundannat tliet snin u xahrejn ħabs wara li nstab ħati li mess sider ta’ tfajla waqt vjaġġ bil-karozza tal-linja, li rreżista lill-Pulizija u li ħarab mill-kustodja tagħhom.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li lura għall-5 ta’ Novembru li għadda, xufier ta’ karozza tal-linja kellu waqqaf il-vettura li kien qed isuq viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u għamel rapport li kien hemm passiġġier li mhux jaġixxi sew.

Il-Pulizija marru fuq il-post u kien hemmhekk fejn tfajla li kienet fl-istess karozza tal-linja tkellmet mal-Pulizija u qaltilhom li Ahmed Salah Mowlid kien messilha sidirha waqt li hi kienet mal-għarus tagħha.

Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, Donatella Frendo Dimech, huwa wieġeb għall-akkuż kollha mġjuba kontri. Il-Maġistrat ikundannat lil Mowlid 38 xahar ħabs. Hija rrimarkat ukoll li din kienet pien eċċessiva u li l-piena hi sproporzjanata għal għemil fejn mess sider tfajla.

Intant, hija ordnat li kopja tas-sentenza tintbagħat lill-Ministru għall-Ġustizzja u lill-Avukat Ġenerali.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport