Thursday, December 26, 2024

Tliet suldati Olandiżi aggrediti b’armi tan-nar waqt li kienu fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Tliet commandoes Olan­diżi li kienu jinsabu fl-Istati Uniti għal taħriġ intlaqtu b’tiri t’arma tan-nar barra l-lukanda fejn kienu qed joqogħdu ġewwa l-belt ta’ Indianapolis. 

L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, u l-pulizija ta’ Indianapolis qalu li t-tlett irġiel ttieħdu immedjatament l-isptar u wieħed minnhom jinsab f’qagħda kritika filwaqt li l-oħrajn huma konxji. 

Dawn it-tliet suldati huma membri tal-Commando Corps li hija waħda mill-fergħat speċjali tal-forzi armati tal-Olanda. Dan il-każ seħħ waqt li dawn is-suldati kienu fuq ħin liberu. 

Il-pulizija tal-lokal qed jimxu fuq l-ipoteżi li dawn is-suldati kienu involti f’argument ma’ xi persuni oħrajn. Huma qalu wkoll li d-diżgwid ma seħħx ġewwa l-lukanda iżda f’żona oħra. S’issa ħadd għadu ma ġie arrestat b’rabta ma’ dan il-każ.

Ekonomija

Sport