It-tliet timijiet Maltin li qegħdin jirrapreżentaw lil Malta fil-Kampjonati Mondjali tal-Pool ikkwalifikaw għall-fażi suċċessiva u jinsabu fost il-favoriti li jagħmluha sal-finali.
It-tim Malti tal-irġiel kiseb l-aħħar żewġ rebħiet importanti fil-fażi tal-gruppi meta għeleb lill-Iskozja bl-iskor kbir ta’ 19-2 u lil Mauritius bl-iskor ta’ 11-10. Grazzi għal dawn iż-żewġ rebħiet, it-tim Malti ikkwalifika għall-kwarti tal-finali li ser jintlaghbu aktar tard illejla. Malta ser tiffaċċja lil Franza bil-logħba tibda fit-8.30 pm.
It-timijiet Maltin taż-żgħażagħ u Over 50’s ukoll kisbu post fis-semi finali tal-kategorija rispettiva tagħhom. It-tim tal-Under 25’s għeleb lill-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq bl-iskor identiku ta’ 5-4 u meta għad jonqos logħba għat-tmiem tal-fażi tal-gruppi jinsab ċert minn post fis-semi-finali li ser tintlagħab għada fl-10 am.
Fl-logħba decisive, it-tim Malti tal-Over 50’s kiseb rebħa ta’ 13-12 kontra l-iSkozja u qata’ passaġġ għas-semi-finali kontra t-tim nazzjonali tal-Indja bil-logħba tintlagħab għada fis-1 pm.
Fil-kampjonati individwali tal-kategorija Over 50’s Brian Grech, Antoine Aquilina u Ray Caruana jinsabu fil-fazi tal-aħħar 16 u ser ikunu impenjati aktar tard illejla fit-8.30 pm.
Scott Muscat jinsab fis-semi-finali tal-kategorija individwali taż-żgħażagħ Under 25’s u ser jilgħab kontra Morgan Thomas tal-Irlanda għall-post fil-finali tal-Kampjonati Mondjali tal-kategorija.
Ryan Pisani u Gary Carr ikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali tal-kategorija tad-doubles tal-irġiel u ser jiltaqgħu kontra l-professjonisti Declan Brennan u Ronan Mccarthy illejla fis-6 pm.
Il-koppja Maltija Ray Caruana u Antoine Aquilina għaddew għas-semi-finali fil-kompetizzjoni doubles tal-Over 50’s u ser ikunu impenjati għada fit-3.30 pm.
Sadanittant, it-tim Malti tal-irġiel ħa sehem fil-World Team Shootout u spiċċa megħlub biss fil-finali kontra t-tim nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq.