Tuesday, December 24, 2024

Tliet timijiet tal-Polo se jieħdu sehem fil-King of Spain Cup

Aqra wkoll

Is-Sibt li ġej il-Malta Polo Club se jkun qed jorganizza l-kompetizzjoni tal-King of Spain Cup li hi t-tieni l-ogħla tazza tal-istaġun.

Tliet timijiet se jkunu qed jieħdu sehem bit-tournament li qed jiġi organizzat taħt il-patroċinju tal-ambaxxatur Spanjol għal Malta l-Eċċellenza tiegħu Jose Maria Muriel Palomino.

Fil-fatt, Dragonara, Veuve Cliquot u Coca Cola se jkunu qed jikkompetu sabiex wieħed minnhom jirbaħ din il-kompetizzjoni. Kull tim se jkollu plejer Arġentin professjonali miegħu li se jagħmel it-tournament ferm iktar kompetittiv.

Gaston Etcheberry, Karl Galea, Jean Vella u Matthew Grech se jkunu parti minn Team Dragonara, Patricio Ratagan, Matthew Borg, Greg Gera u Max Galea/Simon Psaila jiffurmaw Team Coca Cola filwaqt li Mariano Lopez, Jeremy Besancon, Ivan Camilleri u Chris Delia huma l-membri ta’ Team Veuve Cliquot.

Il-kompetizzjoni se ssir fil-Malta Equidrome fil-Marsa u kollox jibda fil-11.30am meta jingħata t-throw in.

Ekonomija

Sport