Tuesday, October 7, 2025

Tliet timijiet wara Ter Stegen

Aqra wkoll

Manchester United, Newcastle United u Tottenham Hotspur qed jeżaminaw il-possibbiltà li jagħmlu offerta f’Jannar għall-goalkeeper Marc-André ter Stegen.

Il-goalkeeper ta’ 33 sena mistenni jirkupra minn injury f’Novembru, imma jista’ jsib ruħu barra mill-iskwadra minħabba l-prestazzjonijiet impressjonanti ta’ Joan García, il-plejer li beda jiġi użat fis-sajf li wkoll qed joqrob lura wara operazzjoni fil-ġenbejn.

Bit-Tazza tad-Dinja f’Ġunju li ġej, Ter Stegen qed ifittex logħob konsistenti, xi ħaġa li jista’ ssibha diffiċli fil-Camp Nou taħt il-kundizzjonijiet attwali.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport