Saturday, December 21, 2024

Tliet żgħażagħ involuti f’inċident tat-traffiku f’Għawdex

Aqra wkoll

Illum għall-ħabta tas-00.45a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, Marsalforn.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li ġuvni ta’ 19-il sena residenti x-Xewkija tilef il-kontroll ta’ Toyota Corsa li kien qiegħed isuq u ħabat ma’ container.

Fil-vettura miegħu kien hemm ukoll tfajla ta’ 16-il sena residenti San Ġwann u tfajla oħra ta’ 17-il sena residenti l-Iklin.

Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza. Aktar tard it-tfajla ta’ 17-il sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li l-oħrajn sofrew minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport