Thursday, December 26, 2024

Tlieta arrestati b’rabta ma’ allegat importazzjoni ta’ droga

Se jitressqu l-Qorti llum...

Aqra wkoll

Tliet żgħażagħ, Belġjani u Olandiżi, b’rabta ma’ allegat importazzjoni ta’ droga.

Il-każ seħħ ilbieraħ fejn mill-investigazzjonijiet illi saru ġie identifikat pakkett li kien ġej minn barra minn Malta, b’ammont konsiderevoli ta’ reżina tal-kannabis.

Għall-ħabta ta’ nofsinhar, wieħed miż-żgħażagħ mar jiġbor il-pakkett minn Ħal Luqa. Huwa ġie segwit sa residenza f’Ħaż-Żebbuġ u ġie arrestat. Ftit ħin biss wara, iż-żewġ persuni l-oħra avviċinaw ir-residenza b’mutur sabiex jiġbru l-pakkett, li rriżulta li fih kien hemm man-nofs kilo reżina tal-kannabis, b’valur fis-suq ta’ madwar €5,000.

Malli ndunaw bil-pulizija, iż-żewġ persuni ħarbu minn fuq il-post, wieħed bil-ġiri u l-ieħor bil-mutur. Il-persuna li ħarbet bil-ġiri nqabdet fil-viċinanzi ftit tal-ħin biss wara, waqt li l-ieħor ġie arrestat aktar tard f’residenza f’Ħal Qormi.

Saru aktar tfittxijiet fejn instabu madwar 50 borża żgħar bil-ħaxixa tal-kannabis u boroż oħra li kien fihom il-ketemina u pilloli tal-MDMA, lesti biex jiġu ttraffikati.

It-tliet persuni arrestati għandhom 21, 22 u 23 sena. Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum quddiem il-Maġistrat Dr Caroline Farrugia Frendo.

Ekonomija

Sport