Il-Ġimgħa waranofsinhar ġew arrestati tliet żgħażagħ, tnejn mill-Maċedonja u Bulgaru, b’rabtama’ allegat importazzjoni ta’ droga.
Dan hekk kif mill-investigazzjonijiet li saru ġie identifikat pakkett, indirizzat lil wieħed miż-żgħażagħ, li kien ġej minn barra minn Malta, b’żewġ kilogrammi droga suspettata kannabisb’valur fis-suq li jaqbeż il-€15,000.
Il-Pulizija għamlet ukoll tfittxija f’residenza f’Wied il-Għajn u flimkien mal-pakkett instabuwkoll xi qratas b’sustanza suspettata kokaina flimkien ma’ imwieżen u numru ta’ mobiles.
Huma qed jinżammu arrestati fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.