Tlitt irġiel ġew arrestati wara argument li nqala’ bejn numru ta’ persuni fil-Gżira.
Kien il-Ħadd, għall-ħabta tad-9.00 p.m., meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Sir Charles Cameron.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabet raġel ta’ 30 sena b’xi ġrieħi. Minnufih issejħet l-assistenza medika u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief.
Tlitt irġiel oħra ġew identifikati li kienu involuti fl-argument u wara tfittxija fl-akwati huma nstabu ftit ħin wara u ġew arrestati.
Waqt dan l-argument xi vetturi ġarrbu xi ħsarat.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

