Wara s-suċċess tal-kompetizzjoni BOV Visa Spend and Win, il-Bank of Valletta llum ħabbar it-tliet rebbieħa li se jivvjaġġaw lejn l-Italja f’dawn il-jiem biex jesperjenzaw il-maġija tal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa Milano Cortina 2026. Dak li beda bħala ġest sempliċi ta’ kuljum – li tuża l-kard tal-VISA biex tħallas – inbidel f’esperjenza unika għal dawn il-klijenti, grazzi għal Visa.
Wara ġimgħat ta’ stennija, ġew ikkonfermati r-rebbieħa fost il-klijenti li użaw il-kard BOV Visa tagħhom. Sylvana Zarb Darmanin rebħet l-ewwel premju, u b’hekk assigurat esperjenza all-inclusive għal tnejn għall-Logħob Olimpiku tax-Xitwa Milano Cortina 2026. Frank Cassar ġie fit-tieni post, filwaqt li Ellissa Bouzguenda kisbet it-tielet premju. Il-premijiet tqassmu waqt avveniment ta’ preżentazzjoni organizzat minn Chris Degabriele, Kap tal-eBanking fil-Bank of Valletta. Preżenti wkoll, kien hemm rappreżentanti minn Visa, kif ukoll membri mit-tim tal-Marketing u l-Product Lifecycle Management tal-Bank.
Waqt id-diskors tiegħu matul il-preżentazzjoni, Chris Degabriele qal, “Din l-okkażjoni tfakkarna kemm l-għażliet sempliċi li nagħmlu, bħal meta nużaw il-kard BOV Visa tagħna għal tranżazzjonijiet ta’ kuljum, jistgħu jwasslu għal premijiet straordinarji. Din il-kompetizzjoni ta’ Spend and Win hija opportunità biex niċċelebraw il-lealtà tal-klijenti tagħna, filwaqt li nsaħħu l-valur ta’ metodi ta’ ħlas intelliġenti, siguri u konvenjenti, kemm diġitali kif ukoll fiżiċi, f’dinja dejjem aktar mgħaġġla. Nifraħ lit-tliet rebbieħa u nirringrazzja lil Visa għal kollaborazzjoni li tkompli toħloq valur reali għall-klijenti tagħna.”
Imnedija b’kollaborazzjoni ma’ Visa, il-kompetizzjoni kienet immirata lejn dawk il-klijenti li b’mod regolari, jużaw il-kard BOV Visa, jew kartieri diġitali biex jagħmlu pagamenti ta’ kuljum. Dawn il-klijenti rreġistraw l-interess tagħhom biex jipparteċipaw u b’hekk daħlu f’kompetizzjoni, bil-premju finali jkun esperjenza unika tal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa Milano Cortina 2026. Il-premju jinkludi titjiriet, akkomodazzjoni, transfers u aċċess għall-atmosfera elettrika tal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa, fejn l-aqwa atleti fid-dinja se jkunu qed jikkompetu fuq is-silġ u l-borra f’uħud mill-aktar postijiet alpini magħrufa tal-Italja. Mill-eċċitament tal-isport sal-ispettaklu ta’ kompetizzjoni ta’ klassi dinjija, ir-rebbieħa huma mistennija jgawdu festa sportiva bħal qatt qabel.
Aktar dettalji dwar il-firxa ta’ kards BOV Visa u l-iskema tal-BOV Loyalty Points jinstabu fuq www.bov.com.
TLIETA JERBĦU MAL-BOV U VISA U JERĦULHA LEJN IL-LOGĦOB OLIMPIKU TAX-XITWA

