Saturday, October 26, 2024

Tlieta jiddaħħlu l-Isptar wara inċident fl-Imsida

Aqra wkoll

Tliet persuni ddaħħlu l-Isptar wara li l-bieraħ għall-ħabta tas-1:30 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm fl-Imsida.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Citroen Nemo misjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti Santa Luċija, u Citroen C4 misjuqa minn mara ta’ 57 sena residenti s-Swieqi u li ġo fiha kien hemm ukoll passiġġier raġel ta’ 38 sena residenti l-Gudja.

Fil-post issejjaħ tim mediku ambulanzi li ħadu lill-persuni kollha lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi, filwaqt li ż-żewġt irġiel sofrew ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport