Thursday, December 26, 2024

Tlieta l-Isptar wara inċident ikrah f’Għajnsielem; Jaħbat ma’ ħajt u jaqa’ għal isfel

Aqra wkoll

Tliet persuni ittieħdu b’emerġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem, Għawdex.  

Kienu għall-ħabta tal-11.30 p.m., xħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq ix-Xatt, Għajnsielem, Għawdex.  

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn jirriżulta li vettura tal-għamla Honda Civic, li kienet qed tinstaq minn żagħużgħ ta’ 18-il sena residenti x-Xagħra, Għawdex, ħabtet ma’ ħajt u waqgħet għal isfel. Fil-vettura kien hemm ukoll żewġ passiġġieri – żagħżugħ ta’ 17-il sena residenti x-Xagħra, Għawdex u żagħżugh ta’ 19-il sena residenti Kerċem, Għawdex.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ta’ tim mediku. Ambulanza ħadet lit-tliet żgħażagħ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura. Aktar tard, iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-kundizzjoni taż-żewġ persuni l-oħra għada pendenti. 

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ. 

Ekonomija

Sport