Friday, November 15, 2024

Tlieta maqtula u erbgħa oħra feruti wara sparatura f’Pariġi

Aqra wkoll

Raġel armat fetaħ in-nar fiċ-ċentru ta’ Pariġi fejn qatel tliet persuni u darab erbgħa oħra. 

Xhieda fuq il-post qalu li l-allegat aggressur kellu fil-mira tiegħu ċentru komunitarju Kurd u ristorant. Il-Prosekuturi qalu li qed iħarsu lejn il-possibilità li l-mottiv wara dan l-attakk seta’ kien wieħed razzjali. Is-suspettat, li għandu 69 sena, ġie arrestat minnufih.

L-awtoritajiet appellaw biex in-nies jevitaw iż-żona fi Strasburgu-St Denis fl-10 Distrett ta’ Pariġi. Għalkemm għadu ma ġiex ikkonfermat il-mottiv wara dan l-attakk, il-Prosekutur ta’ Pariġi Laurre Beccuau qal li s-suspettat għadu kif ħareġ mill-ħabs, sena wara li attakka tined f’kamp tal-immigranti f’Pariġi b’xabla. Dak l-inċident kien seħħ f’Bercy nhar it-8 ta’ Diċembru 2021.

Ekonomija

Sport