Sunday, November 24, 2024

Tlieta mgħallqa fl-Iraq wara splużjoni li qatlet aktar minn 300 persuna

Aqra wkoll

Tliet persuna ġew mgħallqa fl-Iraq wara li nstabu ħatja tal-involviment tagħhom fi splużjoni ta’ karozza bomba f’Bagdad li qatlet aktar minn 300 persuna u ndarbu mijiet oħra lura fl-2016.

Il-bomba splodiet waqt li n-nies kienu qegħdin igawdu lejl barra matul ix-xahar tar-Ramadan, bil-grupp tal-Istat Iżlamiku (IS) jieħu responsabbiltà ta’ dan l-attakk.

L-uffiċċju tal-Prim Ministru qal li l-eżekuzzjonijiet saru bejn il-Ħadd u t-Tnejn, filwaqt li ma tax aktar dettalji tal-persuni. Il-midja internazzjonali kkwotat sors fi ħdan il-gvern tal-pajjiż li qal li Ghazwan al-Zawbaee, meqjus bħala l-moħħ wara dan l-attakk, kien fost dawk li nqatlu. Zawbaee kien arrestat u ntbagħat lura fl-Iraq fis-sena 2021.

Il-Prim Ministru informa lill-familjari tal-vittmi li “l-piena tal-mewt” kienet saret kontra “tliet kriminali ewlenin misjuba ħatja tal-involviment tagħhom f’dan l-atakk terroristiku.”

Il-każ seħħ fit-3 ta’ Lulju tal-2016 meta vettura mimlija bi splussiv splodiet qrib ċentru tax-xiri mimli bin-nies f’Karrada, żona prinċipalment Musulmana tal-kapitali Iraqqina.
Ħafna mill-vittmi nqatlu b’nirien li ħakmu l-bini wara l-isplużjoni tal-bomba. Wara l-isplużjoni kien ukoll irriżenja l-Ministru tal-Intern Mohammed Ghabban.

Il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Mustafa al-Kadhimi, kien akkuża lil Zawbaee bħala s-suspettat ewlieni wara dan l-attakk flimkien ma’ “numru ta’ persuni oħrajn”.

Sport