Fid-29 ta’ Novembru li għadda, kienet seħħet serqa minn ħanut tal-logħob fi Triq D’Argens fil-Gżira.
B’rabta ma’ din is-serqa, l-investigazzjonijiet intensivi wasslu biex fl-aħħar sigħat il-Pulizija identifikat u arrestat lis-suspettati, żewġt irġiel, wieħed ta’ 33 sena minn Birżebbuġa u ieħor ta’ 29 sena minn Birkirkara, u mara ta’ 42 sena minn Wied il-Għajn.
Fis-serqa, l-allegati ħallelin ħarbu b’ammont ta’ flus kontanti. Impjegata fil-ħanut, mara ta’ 35 sena ma weġġgħetx.
It-tliet persuni mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tas-2.00a.m. quddiem il-Maġistrat Dr Lara Lanfranco LL.D.


