Saturday, December 21, 2024

“Tlift anġlu sabiħ minn ħajti. Inwegħdek li postok f’qalbi ma joħodulek ħadd”

Aqra wkoll

Aktar kmieni tħabbret il-mewt tat-tfajla li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Marsa u mal-aħbar ma naqsux milli jsegwu kummenti ta’ persuni qrib il-vittma li esprimew in-niket tagħhom għal din it-telfa.

Waħda mill-ewwel persuni li sellmet il-memorja tagħha kienet is-sieħba tagħha li ddeskriviet din il-ġurnata bħala “L-agħar ġurnata ta’ ħajti għax tlift anġlu sabiħ minn ħajti. Inwiegħdek li postok f’qalbi ma joħodulek ħadd għalkemm kien hemm żmien fejn kellna l-ups u downs tagħna xorta bqajt inħobbok u naf li int ukoll u issa qiegħda tieħu ħsiebi minn hemm fuq… Inħobbok anġlu tiegħi.”

Intant kollegi oħra li ħadmu mat-tfajla wkoll kitbu jesprimu d-dieqa għat-telfa tagħha u ddeskrivewha bħala persuna b’karattru mill-isbaħ u li kienet tagħmel li tista’ biex tferraħ lil ta’ madwarha.

Aqra wkoll:

https://www.inewsmalta.com/2020/05/aggornata-tfajla-titlef-hajjitha-fincident-tat-traffiku-fil-marsa/ https://www.inewsmalta.com/2020/05/il-gwu-jesprimu-l-kondoljanzi-sincieri-taghhom-mal-familja-tal-pustiera-zaghzugha/
Ekonomija

Sport