Friday, November 15, 2024

Tlift l-innoċenza ta’ 12-il sena… Fr Anthony Caruana li kien akkużat bl-abbuż weħel 15-il sena

Aqra wkoll

Kellu 12-il sena biss meta intbagħat f’kulleġġ. Beda jħoss in-nuqqas tal-ġenituri tiegħu peress li kienu jorqdu b’dik l-iskola. Fr Anthony Caruana kien offrielu li jaqralu l-ittri li kienet tibgħatlu ommu. Il-persuna tgħid li “kien hemm li beda l-abbuż. Tlift l-innoċenza tiegħi. Tlfitha ta’ 12-il sena bogħod mid-dar tiegħi. Kont għidt lil ommi fuq dan l-abbuż iżda ommi għajritni giddieb. Qaltli qassis qatt ma jasal jagħmel hekk. Ħassejtni waħdi. Konfuż. Riġettat, għax ippretendejt li ommi, li ffosterjatni kienet se tipproteġini”.

Dan kien iddikjarah vittma ta’ abbuż sesswali meta kien qed jixhed fil-proċeduri li kienu għaddejjin fil-każ ta’ Fr Anthony Caruana fl-Awstralja. Il-każ ta’ dan il-qassis, li fih ħarġu dettalji xokkanti seħħ fis-snin Tmenin fi New South Wales. Il-Qorti fil-verdett tagħha ikkundannat 15-il sena ħabs wara li instab ħati li kkorrompa u abbuża għadd  ta’ studenti. Il-każijiet seħħew bejn l-1982 u l-1989 fi skola tas-subien f’Burradoo. Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti iddikjarat b’mod ċar li abbuża mill-pożizzjoni tiegħu.

Kien f’Lulju li għadda li Fr Anthony Caruana  kien instab ħati ta’ xejn inqas minn 26 offiża kontra 12-il student. Fost dawn kien hemm atti indiċenti u erba’ akkużi ta’ abbużi sesswali.

L-Imħalef Robyn Tupman qalet li “kull offiża kienet imwettqa f’ċirkostanzi fejn l-aggressur kien f’pożizzjoni li jieħu ħsieb dawk it-tfal. Dawn it-tfal kienu fdati f’din l-iskola, biex jieħdu ħsiebhom.  Qassis bħal Fr Caruana abbuża minn dik il-fiduċja billi kkorrompihom. 

Mill-proċeduri irriżulta li Fr Caruana wettaq l-abbużi meta hu kien jieħu ħsieb id-dormitorji, kien kowċ tar-rugby u anke surmast tal-banda.  Wieħed mill-każi ta’ abbużi kien seħħ wara likien hemm prattika ta’ mużika.

Il-Qorti semgħet kif Caruana kien jistupra l-istudenti. Mix-xhieda ta’ dawk abbużati hu kien jgħidilhom li “kun afu li Alla jieħu gost jarakom tagħtu pjaċir lil bniedem ta’ Alla”. 

L-Imħallef Tupman qalet li l-vittmi kollha ta’ Fr Caruana sofrew minn trawmi emozzjonali u psikoloġiċi.  L-Imħallef ma aċċettatx sottomissjoni li Fr Caruana għandu jitqies bħala ‘persuna ta’ karattru tajjeb’.

Ekonomija

Sport