Friday, December 13, 2024

Tlitt irġiel suspettati estremisti Iżlamiċi arrestati fil-Ġermanja 

Aqra wkoll

Tliet persuni suspettati estremisti Iżlamiċi ġew arrestati fil-Ġermanja fuq suspett li kienu qed iħejju “att serju ta’ vjolenza”, fejn ġew ikkonfiskati wkoll diversi skieken u arma tan-nar.

L-awtoritajiet tal-pajjiż qalu li l-Ħadd li għadda ġew arrestati żewġt aħwa Ġermaniżi-Lebaniżi ta’ 15 u 20 sena – fil-belt ta’ Mannheim u raġel ieħor ta’ 22 sena ta’ nazzjonalità Ġermaniża-Torka mid-distrett ta’ Hochtaunus fl-istat ta’ Hessen. 

Il-prosekuturi lokali u l-pulizija qalu fi stqarrija li l-att li allegatament kienu qed jippjanaw dawn il-persuni “seta’ jpoġġi fil-periklu l-Istat”, mingħajr ma żvelaw aktar dettalji.

F’dawn l-aħħar snin, il-Ġermanja ffaċċjat sensiela ta’ attakki u kumplotti minn suspettati Iżlamiċi u ilha fuq allert għoli mill-attakk tal-Ħamas tas-7 ta’ Ottubru 2023 fuq Iżrael li qanqal il-gwerra fil-medda ta’ Gaża. 

L-awtoritajiet f’dan il-pajjiż qalu li l-aħwa li ġew arrestati f’Mannheim, li kellhom “ideoloġija reliġjuża qawwija u simpatija profonda” għall-grupp tal-Istat Iżlamiku, kienu għamlu tħejjijiet konkreti għall-attakk. 

L-arma tan-nar, flimkien mal-munizzjon, instabu waqt tfittxija fir-residenza tar-raġel ta’ 22 sena. Fl-istess tfittxija nstabu wkoll diversi skieken, balaklava u mobiles. Madankollu, l-uffiċjali saħqu li fl-ebda punt ma kien hemm xi periklu konkret għall-pubbliku. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport