Thursday, May 16, 2024

TM b’żewġ spezzjonijiet f’San Pawl il-Baħar

… toħroġ 48 kontravenzjoni fuq vetturi b’Y plate

Aqra wkoll

L-Erbgħa filgħaxija, Uffiċċjali ta’ Transport Malta għamlu żewġ Roadside inspections fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.

Dawn l-ispezzjonijiet kienu organizzati sabiex tkun żgurata s-sigurtà massima fit-toroq tagħna filwaqt li jiġu osservati r-regolamenti tat-traffiku. Għaldaqstant l-Uffiċjali tagħha waqqfu numru ta’ vetturi u ħarġu kontravenzjonijiet fejn instab li kien hemm ksur tar-regolamenti.

Fl-ewwel Roadside inspection, ġew spezzjonati 155 vettura bil-Y Plates kif ukoll numru oħra ta’ vetturi privati. F’din l-ispezzjoni nħarġu 30 kontravenzjoni. Fit-tieni Roadside inspection, twaqqfu diversi vetturi li jinkludu 46 vettura bil-Y Plates. Fl-istess spezzjoni ġew irmonkati wkoll 2 karozzi fuq ksur ta’ regolamenti, u ġie kkonfiskat wkoll escooter.

Jonathan Borg, il-Kap Eżekuttiv tat-Transport Malta, irringrazzja l-Uffiċjali tal-ħidma siewja tagħhom filwaqt li stqarr dwar l-importanza li kull -sewwieq jirrispetta r-regolamenti tat-traffiku kemm għall-beneffiċju tiegħu nnifsu kif ukoll għal ta’ madwaru. Għal dan il-għan operazzjonijiet ta’ din ix-xorta huma meħtieġa biex jiġu infurzati l-istess regolamenti u jkollna ambjent sigur għal kulħadd Is-Sur Pollacco, id-Direttur tal-Infurzar fi ħdan it-Transport Malta żied jgħid li spezzjonijiet fit-triq għandhom irwol kruċjali biex jiġu identifikati s-sewwieqa li qed jiksru r-regolamenti tat-Traffiku.

“Jeħtieġ li nindirizzawhom u għalhekk permezz ta’ dan l-ispezzjonijiet tkun qed titqajjem kuxjenza dwar l-importanza li nirrispettaw ir-regolamenti fit-triq”.

Transport Malta tinsab impenjata li taħdem mill-qrib mal-Aġenziji tal-Infurzar f’Malta sabiex intejbu l-istandards fit-toroq tagħna. L-Awtorità qed taħdem qatigħ biex tkun proattiva waqt li jkollha strateġiji ta’ infurzar b’saħħithom.

L-għan aħħari ta’ Transport Malta hu li tippromwovi sewqan responsabbli fit-toroq ta’ pajjiżna

Sport