Wednesday, July 24, 2024

TM lesta titkellem dwar il-kwistjoni ta’ e-bikes fuq il-Fast Ferry

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, s-Sur Jonathan Borg qiegħed jikkjarifika xi rapporti li dehru fil-midja rigward it-tqegħid ta’ roti elettriċi u escooters fuq il-fast ferries. 

Fi stqarrija maħruġa minnu ntqal kif madwar tliet ġimgħat ilu, persuna għarrfet lill-Awtorità li kienet xtrat biljett għall-Gozo Fast Ferry iżda l-persuna li tatù l-biljett ma ndunatx li dan kellu e-bike miegħu. Dan wassal biex il-persuna ma tħallietx titla’ fuq il-Fast Ferry, minħabba proċeduri u politiki ta’ sigurtà stabbiliti mill-operatur tal-fast-ferry. Borg spjega li wara li l-Awtorità ġiet notifikata, kienet ġiet skedata laqgħa għall-15 ta’ Diċembru fid-9:00 a.m, iżda minħabba laqgħa oħra urġenti, din il-laqgħa kellha tiġi posposta. 

Sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent fuq kull min kien involut, inħarġet notifika mill-Awtorità bil-posponiment ta’ din il-laqgħa fis-7:12 a.m.

Il-Kap Eżekuttiv iċċara li mhux lest jilgħab ebda logħob politiku, iżda ikkonferma li huwa lest jitkellem ma’ kull min hu interessat sabiex din il-materja tiġi ċċarata mill-iktar fis 

Ekonomija

Sport