Saturday, December 28, 2024

TM se tirreġistra karozzi antiki bla dokumentazzjoni

Aqra wkoll

L-Awtorità għat-Trasport f’Malta ser tkun qiegħda tirċievi formoli ta’ applikazzjoni mingħand dilettanti ta’ vetturi bona-fide li għandhom fil-pussess tagħhom vetturi vintage li mhumiex koperti b’dokumentazzjoni u/jew li r-reġistrazzjoni tagħhom tkun ġiet imħassra, u li qabel kienu reġistrati f’Malta.

Għall-finijiet ta’ din l-Iskema, vettura li ma tkunx koperta b’dokumentazzjoni hija waħda li kienet diġà rreġistrata f’Malta iżda li dwarha ma tkun teżisti l-ebda dokumentazzjoni. Vettura li r-reġistrazzjoni tagħha tkun ġiet imħassra hija vettura li r-reġistrazzjoni tagħha tkun ġiet uffiċjalment imħassra mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta qabel l-1 ta’ Novembru 2013 jew vettura li ma tkunx ottemprat mal- provvediment tal-Avviż Legali 13 tal-2004.

Persuni interessati għandhom jimlew il-formoli VEH18 (https://www.transport.gov.mt/include/filestreaming.asp?fileid=7434) u VEH15 (https://www.transport.gov.mt/include/filestreaming.asp?fileid=7008).

Din l-Iskema ser tibda mill-14 ta’ Marzu 2022. Formoli tal-applikazzjoni, flimkien mad-dokumenti neċessarji u pagamenti kif indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni għandhom jiġu depożitati fl-uffiċini ta’ Transport Malta, Driver and Vehicle Licensing Unit (DVLU), Level 1, A3 Towers, Triq l-Arkata, Raħal Ġdid PLA 1212, jew Malta Transport Centre, Triq Pantar, Ħal Lija LJA 2021, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7:30am u s-2:30pm. Persuni residenti f’Għawdex jistgħu jiddepożitawhom fl-uffiċju ta’ Transport Malta, Pjazza San Franġisk, Ir-Rabat, Għawdex VCT 1332, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00am u s-1:00pm.

Ekonomija

Sport