Pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vetturi li jinstabu mitlufa fit-toroq kawża tal-maltemp ser jinġabru u jgħaddu lil Transport Malta.
Aktar tard, Transport Malta se tagħmel kuntatt mas-sidien rispettivi biex jiġbru l-pjanċi l-ġodda mill-uffiċini tagħha. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Awtorità se toffri l-pjanċi bla ħlas.
Transport Malta appellat lill-pubbliku biex isuq bil-galbu u b’attenzjoni speċjalment waqt il-maltemp.