Wednesday, January 21, 2026

Tmexxija b’direzzjoni u viżjoni … sitt snin ta’ Robert Abela fit-tmun tal-pajjiż

Aqra wkoll

It-tkabbir ekonomiku ta’ dawn l-aħħar sitt snin, li pajjiżna qatt ma ra bħalu qabel, huwa xhieda konkreta tat-tmexxija dinamika, b’direzzjoni u viżjoni tal-Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.

L-ekonomija nazzjonali, li kompliet tikber tul dawn l-aħħar snin, kienet karatterizzata minn analiżi pożittiva, waħda wara l-oħra, minn aġenziji ta’ kreditu internazzjonali awtorevoli li lkoll konsistentement ikkonfermaw lil Malta bħala l-pajjiż bl-iktar tkabbir ekonomiku mgħaġġel fl-Unjoni Ewropea.

Dan il-progress ma ġiex mix-xejn. Lanqas ma kien miksub b’kumbinazzjoni imma kien dovut għat-tmexxija ekonomika u fiskali responsabbli u għaqlija mill-Gvern li wasslet għal żieda bla preċedent fl-impjiegi minn xahar għal xahar, biex setgħu jinħolqu niċeċ ġodda ekonomiċi l-iktar fis-settur tat-teknoloġija diġitali, u kif ukoll biex ġew ikkonsolidati negozji eżistenti.

B’ekonomija b’saħħtiha u reżiljenti li rnexxielu jibni l-Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela matul dawn l-aħħar sitt snin, il-futur ta’ pajjiżna, li jkompli jikber, jimxi ’l quddiem u jistagħna, mhux daqstant diffiċli li jintlaħaq u jwassal għal aktar tgawdija u serħan il-moħħ tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport