Sunday, January 11, 2026

Tmexxija li poġġiet lin-nies l-ewwel u fasslet il-futur

SITT SNIN TA’ TMEXXIJA TA’ ROBERT ABELA BĦALA PRIM MINISTRU

Aqra wkoll

F’sitt snin ta’ tmexxija l-Prim Ministru Robert Abela ffirma kapitlu distint fl-istorja politika u soċjali ta’ Malta. Perjodu mmarkat minn kriżijiet globali bla preċedent iżda wkoll minn deċiżjonijiet strateġiċi li sawru ekonomija reżiljenti, soċjetà aktar protetta u viżjoni fit-tul li tmur lil hinn miċ-ċiklu elettorali. Minn meta ħa t-tmexxija tal-pajjiż, Abela ħadem għal Malta l-ewwel u qabel kollox. Dan ma addottahx bħala slogan vojt iżda bħala linja gwida li wasslet għal politika ekonomika li pproteġiet il-pagi, żammet l-impjiegi u assigurat stabbiltà f’mumenti meta pajjiżi oħra esperjenzaw riċessjoni, inflazzjoni qawwija u tnaqqir fis-servizzi soċjali.

L-ekonomija Maltija taħt dan il-Gvern ta’ Robert Abela baqgħet tikber b’rata fost l-aqwa fl-Ewropa. L-impjiegi laħqu livelli rekord mhux biss f’termini ta’ numri, iżda wkoll f’diversifikazzjoni ta’ setturi oħra li jinkludu teknoloġija diġitali, farmaċewtika u enerġija nadifa. F’Settembru tas-sena l-oħra l-qgħad niżel għal 2.70 fil-mija. Barra minnhekk, il-miżuri fis-settur turistiku, li s-sena l-oħra kiseb riżultati rekord u l-investiment barrani, komplew jpoġġu lil pajjiżna fost l-akbar attrazzjonijiet.

Dan it-tkabbir huwa frott ta’ politika attiva favur l-investiment, l-istabbiltà fiskali u l-protezzjoni soċjali. L-għotjiet diretti lin-negozji biex iżidu l-pagi, l-investiment fir-reskilling u l-upskilling u l-impenn li d-dħul nazzjonali jkompli jitla’, huma kollha sinjali ta’ ekonomija mmexxija b’ruħ soċjali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport