Tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien wieħed ferm impenjattiv għall-Pulizija. Dan hekk kif matulu nħarġu numru rekord ta’ multi – ’il fuq minn 200 – b’rabta ma’ gruppi ta’ aktar minn tliet persuni f’postijiet pubbliċi. Matul il-jum tal-bieraħ biss inħarġu 124 multa b’rabta.
Matul l-istess tmiem il-ġimgħa l-Pulizija mmultat ukoll 154 sewwieq wara li nqabdu jsuqu b’veloċità eċċessiva fost oħrajn fil-bypas tal-Mellieħa, dik ta’ San Pawl il-Baħar, u Triq il-Kosta fost toroq oħrajn.
Fuq nota pożittiva ħadd ma nqabad jikser ir-regolamenti ta’ kwarantina maħruġin mill-awtoritajiet tas-saħħa f’aktar minn 900 spezzjoni.
Intant l-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga nhar is-Sibt li għadda arrestaw persuna f’Għawdex fuq traffikar ta’ droga, bir-raġel jintbagħat sentejn ħabs wara li nstab ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.