Sunday, November 10, 2024

Tmiem il-ġimgħa internazzjonali għat-tim nazzjonali tal-Handball tan-Nisa

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa, it-tim nazzjonali tan-nisa tal-handball se jerġa’ lura għal kompetizzjonijiet internazzjonali bil-parteċipazzjoni fil-‘1st Janas Trophy’, turnament kwadrangulari organizzat minn Citta’ del Redentore Handball Club li ser isir f’Nuoro, Sardegna. Minbarra l-klabb ospitanti, dan it-tournament se jara wkoll il-parteċipazzjoni tal-klabb Irlandiż Dublin International HC u l-klabb mill-Ukranja HC Karpaty Uzhgorod.

Il-kowċ nazzjonali Daniel Tabone għażel 14-il plejer għal din il-kompetizzjoni. Il-kontinġent Malti huwa magħmul kif ġej:

Aloysians HC: AGIUS Marylyn

Kavallieri HC: AZZOPARDI Daryl, AMBROGIO Kim, CIANTAR Raquelle, GERMAN Christelle, MIZZI Erica, GATT Ilenia, XUEREB Emma

La Salle HC: AGIUS Jessica, ABUGRIN Sabrina, ATTARD Miriana

Swieqi Phoenix SC: AGIUS Desiree, MIFSUD Daniela, SCHIAVONE Elizabeth

Kap tad-Delegazzjoni: BONELLO John

Kowċ Nazzjonali: TABONE Daniel

Assistent Coach: BONELLO Rebecca

Fiżjoterapisti: BIASONG Krishia Bernadeth, MULLER Madita

Sport