Thursday, November 7, 2024

Tmien persuni jmutu kawża ta’ żewġ splużjonijiet f’ħabs ġewwa l-Myanmar

Aqra wkoll

Minn tal-inqas tmien persuni tilfu ħajjithom fi splużjonijiet ġewwa l-ħabs notorju magħruf bħala Insein ġewwa l-Myanmar. 

Persuni li tkellmu mal-aġ­enzija tal-aħbarijiet BBC qalu li żewġ pakketti bomba splodew fid-daħla ta’ dan il-ħabs  – sewwasew fiż-żona fejn tinġabar il-posta – u kaw­ża ta’ hekk tliet ħaddiema u ħames viżitaturi tilfu ħajjit­hom. Il-ħabs Insein huwa l-ikbar wieħed ġewwa dan il-pajjiż u fih hemm xejn inqas minn 10,000 ħabsi, ħafna minnhom priġunieri politiċi.  Gruppi li jaqbżu għad-drittijiet umani jiddeskrivu lil dan il-ħabs bħala wieħed inuman hekk kif il-ħabsin huma suġġetti għal trattament ħa­żin. 

Sport