Monday, August 18, 2025

Tmien persuni salvati mill-AFM fi tmiem il-ġimgħa

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa ta’ Santa Marija, iċ-Ċentru tal-Kordinazzjoni tas-Salvataġġ fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta rċivew diversi talbiet għal assistenza. 

Iċ-Ċentru tal-Kordinazzjoni tas-Salvataġġ wieġeb għal kull seħja b’mod immedjat kemm permezz tal-art, tal-baħar u anke mill-ajru.

B’kollox l-AFM salvaw tmien persuni f’dawn l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ li saru fi tmiem il-ġimgħa ta’ Santa Marija.

Il-Forzi Armati ta’ Malta fi stqarrija rringrazzjaw lill-Protezzjoni Ċivili, lill-Korp tal-Pulizija, lill-ħaddiema ta’ Mater Dei u anke uffiċjali tas-Salib l-Aħmar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport