Thursday, August 7, 2025

Tmien snin ilu kien qal lil Delia jirtira minn jeddu l-kandidatura… fil-festa tas-Salvatur jieħdu b’idejn xulxin

Aqra wkoll

Kien kważi tmien snin ilu meta Simon Busuttil, li dak inhar kien kap tal-Partit Nazzjonalista sakemm jinħatar kap ġdid kien tkellem dwar il-kandidatura ta’ Adrian Delia għal Kap u qal li minħabba dak li allegatament sab il-kumitat ta’ etika hu kien min jeddu jirtira l-kandidatura tiegħu. Proprju fil-festa tas-Salvatur, Adrian Delia u Simon Busuttil reġgħu ġew wiċċ imb wiċċ u ħadu b’idejn xulxin. Illum tmien snin wara dik id-dikjarazzjoni, Adrian Delia jinsab mill-ġdid qed jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. 

Simon Busuttil li fl-aħħar ta’ Awwissu tas-sena 2017 kien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sakemm isir l-elezzjoni għal Kap, kien insista li Adrian Delia għandu jirtira l-kandidatura tiegħu. Dan “in vista tas-serjetà u l-gravità li sab il-kumitat ta’ etika. Simon Busuttil kien qal li min jeddu għandu jirtira l-kandidatura tiegħu.

Simon Busuttil kien qal li kieku kien hu u kien jirtira l-kandidatura. “Peró aħna nħallu l-aħħar kelma f’idejn il-kunsillieri għax nirrispettaw bis-sħiħ l-intelliġenza tagħhom,” qal Simon Busuttil hu u ħiereġ mid-Dar Ċentrali.

Adrian Delia kien irreaġixxa għal dan u  staqsa f’liema rwol tkellem Simon Busuttil għax hu mhux il-President tal-Kunsill Amministrattiv.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport