Saturday, November 23, 2024

Tmien toroq fil-Mosta daqt jiġu irranġati

Aqra wkoll

Tmien toroq fiz-zona residenzjali “tad-Dib” fil-Mosta waslu biex jitlestew fi proġett li sar biex jiġi indirizzat l-istat ħażin li kien fihom. Ix-xogħol beda fi Frar li għadda u għandu jitlesta fil-ġranet li ġejjin.

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg żar is-sit flimkien mas-Sindku tal-Mosta Romilda Baldacchino Zarb.

It-toroq involuti huma San Silvestru, Kumbu, il-Ballata, Alofju Wignacourt, il-Familja Cumbo, il-Bdoti, it-Taħħan u ta’ Venezja.

Minbarra li sarilhom pedamenti u tarmak ġdid tqegħdu servizzi taħt l-art għall-ilma, dawl, internet u telekomunikazzjoni waqt li saru 1.5 kilometru ta’ bankini ġodda.

Sport