Sunday, December 22, 2024

Tmien xhur ħabs għal raġel li nstab ħati li waqt li kien fis-sakra beda jwaddab il-fliexken

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena residenti Bormla. ġie kkundannat tmien xhur ħabs, wara li tressaq il-Qorti akkużat li waqt li kien fis-sakra, ħoloq kommossjoni u beda jwaddab il-fliexken lejn in-nies.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit, spjegat li l-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-1:00a.m f’Misraħ Santa Margherita f’Bormla.Ġie spjegat li minbarra li kien fis-sakra u beda jwaddab il-fliexken, instab li suppost kien qiegħed f’daru fuq ordni ta’ digriet li kien ingħata mill-Qorti.

Keith Azzopardi, kien akkużat ukoll li kien riċediv lejn il-persuni fil-pubbliku, li tkellem b’mod oxxen u inaċċettabli u li waddab il-fliexken kemm lejn in-nies, kif. ukoll lejn diversi proprjetajiet.

Fil-Qorti, l-Ispettur Zammit irrefera għall-akkużatbħala persuna li qatt ma jiżbalji tiegħu. Kien hawn, fejn irrimarka li fix-xhur li għaddew, l-akkużat innifsu kien tressaq il-Qorti akkużat li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo, Azzopardi ammetta għall-akkużi kollha miġjuba kontrih. Wara li sema s-sottomissjonijiet tad-Difiża u tal-Prosekuzzjoni, il-Maġistrat Bartolo kkundanna lil Azzopardi tmien xhur priġunerija.

Il-Qorti ordnat ukoll sabiex jiġu revokati d-digrieti li bihom kien ingħata l-ħelsien mill-arrest u l-garanziji personali jiġu kkonfiskati favur il-Gvern ta’ Malta.

Ekonomija

Sport