Saturday, December 14, 2024

Tmut il-kantanta Indjana Lata Mangeshkar

Aqra wkoll

Lata Mangeshkar, waħda mill-aktar kantanti maħbuba fl-Indja li pprovdiet is-soundrack għal mijiet ta’ films ta’ Bollywood, mietet fl-età ta’ 92 sena.

Mangeshkar iddaħħlet fi sptar f’Mumbai f’Jannar li għadda wara li rriżultat pożittiva għall-Covid-19. Il-karriera tagħha tmur lura għal aktar minn nofs seklu fejn irrekordjat eluf ta’ kanzunetti f’36 lingwa.

Matul il-ġurnata tal-bieraħ sar funerali statali f’Mumbai filwaqt li se jkun hemm jumejn ta’ luttu nazzjonali. F’dan il-perjodu l-bnadar se jittajru mezz-asta madwar il-pajjiż.

Il-President Ram Nath Kovind qalet li l-aħbar tal-mewt ta’ Mangeshkar kienet għalih ta’ “qsim il-qalb, bħalma hi għal miljuni oħra madwar id-dinja” u żied li fil-kanzunetti tagħha “l-ġenerazzjonijiet sabu espressjoni tal-emozzjonijiet l-aktar għal qalbhom.”

Intant, il-Prim Ministru Narendra Modi qal li l-mewt tagħha ħalliet “vojt fin-nazzjon tagħna li ma jistax jimtela’.” 

Ekonomija

Sport