L-anzjana li l-Ħadd li għadda waqgħet minn għoli wara li tfixklet it-taraġ sfortunatament tilfet ħajjitha wara jiem fit-taqsima tal-kura intensiva fl-Isptar Mater Dei.
L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-10.30 pm f’residenza fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.
Mill-investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 72 sena kienet nieżla t-taraġ, tfixklet u waqgħet. Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.