Wednesday, December 31, 2025

Tmut in-nepputija ta’ John F Kennedy

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Tatiana Schlossberg ta’ 35 sena li hija n-nepputija tal-eks President tal-Istati Uniti John F Kennedy.

Kienet il-familja tagħha li fuq il-midja soċjali ħabbret li “s-sabiħa tagħna Tatiana mietet dalgħodu. Hija se tibqa’ għal dejjem f’qalbna.”

Schlossberg, ġurnalista li kienet tiffoka ħafna dwar it-tibdil fil-klima, f’Novembru li għadda qalet li kienet qiegħda tiġġieled il-marda tal-kanċer. Kienet qalet li t-tobba qalulha li l-kanċer hu agressiv ħafna u għandha ħajja inqas minn sena.

Il-mara hija t-tifla ta’ Edwin Schlossberg disinjatur u ta’ Caroline Kennedy, li taħdem fid-diplomazija. 

F’artiklu li kienet kitbet fl-aħħar ġimgħa fuq The New Yorkerbit-titlu ta’ “A Battle With My Blood,” Schlossberg qalet li t-tobba sabu li kellha Leukaemia u nduna bil-marda wara li welldet it-tieni wild tagħha.

“L-ewwel ħsibijiet jmorru lejn uliedi li se jkunu qegħdin jarawni mmut bil-mod il-mod u minħabba l-età żgħira tagħhom meta jikbru mhux se jkunu għadhom jiftakruni,” kienet kitbet Schlossberg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport