Sunday, December 22, 2024

Tmut l-anzjana li ftit tal-jiem ilu ntlaqtet minn mutur ta’ skorta rjali f’Londra

Aqra wkoll

L-anzjana li kienet intlaqtet dan ix-xahar minn mutur tal-Pulizija Metropolitana li kien parti minn skorta tad-Dukessa ta’ Edinburgh, għadha kemm tilfet ħajjitha.

Helen Holland, Ingliża minn Essex, mietet fl-età ta’ 81 sena. Ftit tal-jiem ilu, fl-10 ta’ Mejju li għadda, hija kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Londra. Hija kienet tinsab f’dik il-belt biex iżżur lil oħtha u tqatta’ xi ħin magħha.

Helen qattgħet ġimagħtejn sħaħ f’koma u f’qagħda kritika kawża tal-inċident.

Binha, Martin Holland, f’kumment li ta lill-midja Ingliża BBC qal li ommu mietet kawża tal-għadd ta’ ġrieħi interni u tal-ksur fl-għadam. Barra minn hekk huwa sostna li dakinhar tal-inċident ommu “qagħdet attenta li taqsam minn triq pedonali sigura”.

Ekonomija

Sport