Sunday, October 12, 2025

Tmut l-attriċi Diane Keaton fl-età ta’ 79 sena

Aqra wkoll

L-attriċi Diane Keaton li rebħet diversi umuri f’ħajjitha mietet fl-età ta’ 79 sena. 

Kien ilbieraħ filgħaxija meta l-midja internazzjonali rraportat li persuni qrib tal-attriċi qalu li hija kienet mietet wara li saħħitha kienet marru lura f’daqqa fl-aħħar xhur. 

Sas-sena li għaddiet hija kienet għadha attiva hekk kif ħadet sehem fil-film ‘Summer Camp’ li kellu jkun l-aħħar wieħed tagħha.

L-attriċi rnexxielha tħalli legat ta’ ‘l fuq minn 100 film u serje televiżiva. 

Hija kienet bdiet il-karrieta tagħha fil-Broadway fis-snin 60 dakinhar meta ħadet sehem fi dramm fuq il-palk. Mill-ewwel id-diretturi tal-films kienu ndunaw bil-kwalitajiet tagħha tant li fl-1970 dehret fil-film ‘Lovers and Strangers.’ 

Il-qofol tal-karriera tagħha kien intlaħaq fl-1972 meta kienet nterpretat il-parti ta’ mart Michael Corleone f”The Godfather,’ u aktar tard kienet ingħatat il-parti ewlenija fil-film ‘Annie Hall’. Għal dan il-film kienet anke rebħet Oscar.

Minkejja li Keaton qatt ma żżewġet, kellha diversi relazzjonijiet fosthom ma’ Al Pacino li miegħu kienet ħadmet The Godfather. Hija kienet addoyyat u rabbiet tifla u tifel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport