Tġabbret il-mewt tal-attriċi u l-kantanta Brigitte Bardot fl-età ta’ 91 sena
Hija kienet twieldet f’Pariġi fit-28 ta’ Settembru tal-1934. Mill-bidu tas-snin 70 kienet kienet ukoll attivista favur id-drittijiet tal-annimali.
Matul il-karriera tagħha hija ħadet sehem f’madwar 50 film kif ukoll irrekordjat madwar 80 kanzunetta. Kienet ukoll innominata għal award tal-British Film Academy bil-film “Viva Maria!”
L-aktar films li ġabulha suċċessi kienu “And God Created Woman”, “The Truth” u “Contempt”.

