Thursday, November 14, 2024

Tmut l-ixjeħ persuna fid-dinja fl-età ta’ 128 sena

Aqra wkoll

L-ixjeħ persuna fid-dinja għadha kemm mietet fl-Afrika t’Isfel fl-età ta’ 128 sena.

Johanna Mazibuko, mietet f’darha f’Jouberton fit-3 ta’ Marzu li għadda, ftit ġimgħat biss qabel għeluq sninha. Hija twieldet fil-11 ta’ Mejju tal-1894 u kellha 11-il aħwa li llum il-ġurnata tlieta biss għadhom ħajjin.

Hija kienet miżżewġa lil Stawana Mazibuko u flimkien kellhom sebat itfal, però tnejn biss għadhom ħajjin. Johanna kienet nanna u bużnanna ta’ iktar minn 50 neputi/ja.

Johanna Mazibuko. Ritratt: Capetown ETC

Thandiwe Wesinyana, il-persuna li kienet tieħu ħsieb lil Johanna, f’kumment li tat lil News24 qalet li x’aktarx Johanna mietet b’attakk tal-qalb. Thandiwe kompliet tispjega li fl-14 ta’ Frar li għadda ħadet lil Johanna l-isptar wara li kien taha attakk tal-qalb. Hija ngħatat il-kura meħtieġa u ġiet rilaxxata mill-isptar ġimagħtejn wara.

Johanna kellha ħajjitha mifruxa fuq tliet sekli differenti, fejn esperjenzat iż-żewġ gwerer dinjin kif ukoll żewġ pandemiji globali (il-Covid-19 u l-Influwenza Spanjola), fost oħrajn.

Il-funeral tagħha se jsir is-Sibt li ġej f’Jouberton, Klerksdorp.

Ekonomija

Sport