Friday, December 20, 2024

Tmut omm is-Sindku tal-Mellieħa

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook ħabbar li kien għadu kemm tilef lil ommu.

Vella kiteb li “kif wegħtek bqajt miegħek sal-aħħar Ma. L-aħħar nifs kellek tieħdu fil-00.15am, tat-Tnejn 12 ta’ Diċembru 2022 propju f’idi.” Is-Sindku kompla jikteb li l-mewt t’ommu hija kiefra wisq, iżda “stajt nara l-mistrieħ fik wara sitt xhur ta’ wġiegħ u tbatija.” Vella kiteb li għalkemm ommu kienet marid sew xorta baqgħet sal-aħħar tieħu ħsiebhom u tara li ma jkunx jonqoshom xejn.

“Il-ħin li għaddejna flimkien f’dawn l-aħħar xhur mhux se ninsimhom qatt. Kont il-mara li tajtni l-ħajja u li flimkien għaddejna minn ħafna, però dejjem għallimtni biex nibqa’ għaddej, nibqa’ pożittiv u nitgħallem minn kull esperjeza,” kiteb is-Sindku tal-Mellieħa.

Il-funeral se jsir nhar il-Ħamis, 15 ta’ Diċembru, 2022 fil-Knisja Aricipretali tal-Mellieħa fit-3.30pm.

Ekonomija

Sport