Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar sigħat ġew reġistrati 83 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 243 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,343.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija żdied għal 795 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ma kienx hemm l-ebda każ ta’ mewt relatat mal-virus.