Saturday, September 14, 2024

Tmut plejer femminili ta’ 27 sena

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-plejer femminili ta’ nofs il-grawnd ta’ Sheffield United Maddy Cusack. Hi kellha 27 sena.

Din il-plejer kitbet l-istorja għaliha personali u anke għall-klabb minn Sheffield hekk kif saret l-ewwel plejer li laħqet il-mitt preżenza magħhom.

Cusack ma kinitx biss plejer iżda wkoll responsabbli mill-marketing tal-klabb. Hi kienet figura importanti fi Bramall Lane.

Fi stqarrija, Sheffield United taw il-kondoljanzi lill-familja tal-plejer.

Ekonomija

Sport