Aktar kmieni llum tabbret il-mewt ta’ Rose Vella, omm il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Rose kienet persuna prominenti ħafna f’numru ta’ protesti li saru fl-aħħar 6 snin.
Kull 16 ta’ kull xahar kienet attendi għal velja li jsiru għal bintha li kienet inqatlet fl-2017. Kienet tkun dejjem preżenti waqt is-seduti kollha tal-Qorti li fihom kienu jidhru l-persuni li kienu tressqu bil-qtil ta’ binta.
Fost dawk li sellmu l-memorja tagħha kien hemm il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola li qalet li se tibqa’ tgħożż il-konverżazzjonijiet li kellhom.