Sunday, November 24, 2024

TNADDFUX GĦALISSA … ĠEJJA AKTAR XITA TAL-ĦAMRIJA

Aqra wkoll

Rapporti tat-temp qegħdin iwissu lil dawk kollha li qegħdin jieħdu l-okkażjoni tal-ġurnata sabiħa tal-lum biex inaddfu l-ħamrija li niżlet max-xita fl-aħħar sigħat biex jistennew ftit… għax ġejja aktar xita tal-ħamrija.

Fil-fatt matul din il-ġimgħa huma qegħdin ibassru li kull xita li se tagħmel se tkun bil-ħamrija minħabba li l-gżejjer Maltin kienu u għadhom imdawrin b’ramel fin ħafna minn fuq id-deżert fl-arja. Dan se jippersisti sa mill-inqas tmiem din il-ġimgħa.

Intant għada t-temp mistenni li jkun imsaħħab li jsir ftit imsaħħab b’riħ forza 5 mil-Lvant għall-Grigal. Filgħaxija hemm posibbilità ta’ xita.

L-Erbgħa mbgħad mistenni jkun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna filwaqt li l-Ħamis it-temp se jkun imsaħħab bil-possibilità ta’ ftit xita.

Il-Ġimgħa jidher li hemm possibbiltà ikbar ta’ ħalbiet tax-xita u r-riħ se jitla’ forza 5 għal 6 mill-Punent.

Sport