Tuesday, April 29, 2025

“Tnaqqis fid-defiċit fiskali… pass importanti għall-ħaddiema u s-soċjetà Maltija”- Josef Bugeja

Aqra wkoll

“Il-General Workers’ Union laqgħat din l-aħbar b’ottimiżmu hekk kif temmen li dan huwa pass importanti għall-ħaddiema u s-soċjetà Maltija. L-ekonomija Maltija kompliet turi reżiljenza anke f’ċirkostanzi globali diffiċli ta’ gwrra u tibdil ġeo-politiku. Huwa importanti li l-Gvern jiġbor dak dovut u jwieżen lil dawk fil-bżonn. 

“Tajjeb li nsemmu li dan it-tnaqqis fid-defiċit fiskali qed iseħħ filwaqt l-Gvern baqa’ jissussidja d-dawl, l-ilma, il-fjuwil u ċ-ċereali,” qal is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja.

Żied jgħid li dan it-tnaqqis seħħ mhux għax qed ikunu introdotti miżuri ta’ awsterità iżda għax Malta qed tesperjenza tkabbir ekonomiku u l-ġid maħluq qed ikompli jitgawda mill-poplu Malti permezz ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan qed isir permezz ta’ tnaqqis fit-taxxa tad-dħul u żieda f’diversi benefiċċji soċjali. 

“Il-Gvern permezz ta’ ħidma bil-għaqal u b’serjetà, irnexxielu jnaqqas id-defiċit ta’ Malta b’mod sinifikanti aktar milli kien mistenni. Nemmnu li flimkien b’responsabbiltà, jirnexxielna nkomplu naħdmu biex inkomplu nnsaħħu l-finanzi tal-pajjiż għall-gwadann taċ-ċittadin f’pajjiżna, għal futur aħjar għalina u għal uliedna,” temm jgħid Bugeja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport