In-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Settembru li għadda kien dak ta’ 1,352, li jfisser tnaqqis ta’ 2,033 meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
Statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fuq tagħrif mgħoddi lilha mill-Jobsplus għal Settembru 2021, turi li kien hemm tnaqqis ta’ 1,873 persuna jirreġistraw taħt Part 1 u tnaqqis ta’ 160 persuna jirreġistraw taħt Part 2.
It-tnaqqis fil-qgħad kien irreġistrat fil-gruppi kollha ta’ etajiet kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.
Dawk jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn 21 ġimgħa u dawk li kien ilhom jirreġistraw bejn 21 u 52 ġimgħa naqsu konsiderevolement meta mqabbla mal-istess xahar tal-2020.
Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol żdied bi 13 biex laħħaq il-262 persuna, li minnhom 74% kienu rġiel.