Tuesday, October 22, 2024

Tnax-il stabbiliment jinqabdu jiksru r-regoli tal-COVID-19

Aqra wkoll

Minn 500 spezzjoni li uffiċjali tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) wettqu fl-aħħar ġimgħa kienu biss 12 li nqabdu jiksru r-regoli u se jittieħdu passi kontrihom bil-liġi.

Kienet l-istess MTA li tat rendikont ta’ dawn l-ispezzjonijiet li kienu jinkludu tiġijiet kif ukoll avvenimenti sportivi  u kulturali.

L-ispezzjonijiet qed isiru mill-uffiċjali fi ħdan id-direttorat fi ħdan l-MTA li jara li l-istabbilimenti jew siti li fihom isiru attivitajiet li jaqgħu taħthom jirrispettaw ir-regoli.

Taħt l-MTA jaqa’ wkoll bħalissa l-ispezzjonar ta’ lukandi, ‘guest houses’, restoranti, ‘snack bars’, diskoteki u bajjiet.

Sport