Sunday, October 27, 2024

Tnediet il-kampanja ‘Rigal bi Mħabba’

Aqra wkoll

F’Misraħ Kastilja llum tnediet it-tielet edizzjoni tal-kampanja ‘Rigal bi Mħabba’ li l-iskop ewlieni tagħha huwa li jiġu mferrħa tfal Maltin u Għawdxin. Din is-sena, l-inizjattiva se tkun mifruxa madwar il-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex bis-sehem tal-Kunsilli Lokali li se jkunu qed jinvolvu u jħeġġu lin-nies iħallu rigal fil-pjazez rispettivi tagħhom..

Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, flimkien ma’ bintha Giorgia Mae, aktar kmieni din il-ġimgħa xiegħlu s-siġra tal-Milied li taħtha se jitħallew ir-rigali li se jitqassmu lit-tfal fl-età sa 12-il sena.

Is-siġra tal-Milied f’Misraħ Kastilja.

Fis-snin li għaddew eluf ta’ familji u negozji laqgħu l-istedina ta’ mart il-Prim Ministru u ħallew rigali għat-tfal taħt is-siġra tal-Milied.

Dr Lydia Abela ħabbret li l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kampanja Rigal bi Mħabba se tkun akkumpanjata minn spettaklu u jum ta’ attivitajiet f’Misraħ Kastilja permezz tal-villaġġ tal-Milied. Dan se jkun spettaklu ta’ mużika u kunċert mill-banda tal-Forzi Armati fost oħrajn.

Għaldaqstant, il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jħalli rigal għal tfal bil-qofol tal-kampanja jintlaħaq nhar il-21 ta’ Diċembru bl-ispettaklu f’Misraħ Kastilja.

Sport