Friday, October 17, 2025

Tnedija taċ-Children’s Dreams

Aqra wkoll

Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS, qalet li fis-sena ligħaddiet, 1,621 tifel u tifla bbenefikaw mill-inizjattiva Children’s Dreams.

Din l-informazzjoni ħarġet f’konferenza tal-aħbarijiet li saret waqt it-tnedijatat-13-il edizzjoni ta’ dan il-proġett li fih matul dawn is-snin, ħafna ħolm tattfal sar realtà. Dawn it-tfal huma kollha segwiti minn diversi servizzi talFondazzjoni, inkluż dawk li jirċievu kura alternattiva.

Il-Kap Eżekuttiv qal li x-xewqat tat-tfal huma xewqat ġenwini u tenna li danjiġri għax kull pajjiż li jkun affluwenti u sejjer tajjeb dejjem se jkollu niesvulnerabbli.

Is-Sur Grixti appella lil kull min iwiegħed li jaqta’ xewqa tat-tfal, għandujżomm il-wegħda magħhom ħalli l-ħolma tagħhom issir realtà.Id-Direttur għall-Kura Alternattiva, Remenda Grech, qalet li l-proġettChildren’s Dreams jagħti ċ-ċans lil dawn it-tfal jesperjenzaw il-ferħ talMilied bħal kull tifel u tifla oħra.

Qalet li mingħajr il-ġenerożità tal-pubbliku u anke ta’ bosta entitajiet, ħafna minn dawn it-tfal kienu jibqgħu bla rigal tal-Milied. Fil-fatt is-sena li għaddiet ix-xewqat tat-tfal twettqu f’inqas minn 24 siegħa. Appellat biex għal din is-sena jerġa’ jingħata l-istess appoġġ biex kull xewqa tat-tfal terġa’ ssir realtà u b’hekk ikollhom Milied speċjali u mimli mħabba.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport