Sunday, December 22, 2024

Tnedija tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2022

Aqra wkoll

It-Tnejn filgħodu fir-Royal Malta Golf Club fil-Marsa, SportMalta nediet l-edizzjoni 2022 tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.

Rose Marie Mercieca, il-koordinatur nazzjonali għal Malta tat deskrizzjoni qasira tat-triq ta’ dan l-avveniment mill-bidu tiegħu. Qalet li l-Ġimgħa Ewropea tal-Isport tnediet fl-2015 biex twieġeb għall-kriżi ta’ inattività li qed dejjem tikber. L-isport u l-attività fiżika jagħtu kontribut sinifikanti għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.

Il-livell ta’ attività fiżika ta’ Malta tjieb tul dawn is-snin iżda żgur mhux biżżejjed. Ma jimpurtax min aħna u x’nagħmlu, anki b’l-żgħar ammont ta’ attività fiżika regolari jkollu mpatt profond fuq is-saħħa tagħna fit-tul stqarret Rose Marie Mercieca. Il-missjoni ta’ SportMalta hija li ttejjeb l-għarfien dwar l-importanza li stil ta’ ħajja attiva għandgha għal kulħadd.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sportmalta, Mark Cutajar, ta dettalji tal-avvenimenti li se jsiru din is-sena. Iż-żewġ avvenimenti principali se kunu qed jseħħu fi tmiem il-ġimgħa tal-24 u l-25 ta’ Settembru. 

Il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera se jospita #BeActive Night. L-avveniment se jiffoka fuq is-saħħa fiżika u l-inklussività. Special Olympics Malta se torganizza diversi attivitajiet b’eku tas-suċċess tal-Logħob Internazzjonali li sar Malta f’Mejju. Fitness, żfin, Zumba, Piloxing u ħafna attivitajiet oħra se joħolqu atmosfera vibranti qal Cutajar.

L-avveniment nazzjonali ewlieni tradizzjonali din is-sena se jsir fil-Marsa Grounds nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru.

Bosta għaqdiet u klabbs se jorganizzaw avveniment matul il-ġurnata f’villaġġ sportiv.  Se jkun hemm ukoll attivitajiet oħra organizzati minn klabbs, għaqdiet u entitajiet oħra tal-Gvern u privati.

Cutajar introduċa l-ambaxxaturi għas-sena 2022 li huma, Ronnie Spiteri impjegat tal-plantroom ta’ SportMalta li kien referee fil-finali tal-waterpolo tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-16-il sena ta’ din is-sena, iċ-ċampjin tal-weightlifting Tenisha Thornton, Thomas Borg li jirrappreżenta l-moviment Paralimpiku u Sam Micallef li jirrappreżenta Special Olympics flimkien mar-rebbieħa tal-medalja tal-Bronż fil-logħob tal-Commonwealth, Katryna Esposito.

 Il-Ministru Clifton Grima spjega kemm hu kburi bl-atleti Maltin meta jiksbu rizultati sbieh għal pajjiz. Hu stieden lill-ambaxxaturi biex ixerrdu l-messaġġ biex ihajru u jimmotivaw lill-popolazzjoni kollha biex tipprattika l-isport u l-attività fiżika. Il-Ministru Grima qal li l-iskejjel jista’ jkollhom rwol fundamentali billi jdaħħlu fl-istudenti l-importanza li jkunu attivi fiżikament.

Qal li l-Gvern qed jagħmel il-parti tiegħu billi jinvesti f’faċilitajiet ġodda. Dawn il-faċilitajiet se jgħinu biex jiżdied in-numru ta’ atleti. Huwa stieden ukoll lill-kunsilli lokali biex jgħinu u jippromwovu l-messaġġ.

Għal aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lil SportMalta fuq 22036275 jew bl-email fuq [email protected]

Ekonomija

Sport